Watching the Boat Race - Regatta

Segretarju Ġenerali tar-Regatta Nazzjonali: Jiena Tony Caruana, s-Segretarju Ġenerali tar-Regatta Nazzjonali. It-tiġrijiet imorru lilhinn minn hemm, huma antiki, għal ftit żmien wara l-Assedju l-Kbir, jiġifieri madwar 1565

Cesare: Ok! Grazzi. U inti?

Arbitru tat-Tellieqa: Jien Albert Formosa, wieħed mill-judges li nkunu delegati fuq din id-dgħajsa, jiġifieri jekk ikun hemm xi complaint ninżel biha għand ic-Chief Judge. Imma ġeneralment ma jkollniex, bis-saħħa taToni u jiena, naħdmu flimkien u hawnhekk kollha rgiel, jiġifieri ma tantx ikollna kwistjonijiet.

Segretarju Ġenerali tar-Regatta Nazzjonali: Aħna proprjament ma nsibuhomx bħala Klubbs, insibuhom bħala distretti. Ir-raġuni hija li dawn ġejjin mill-antik, aħna nsejħulhom distretti għaliex kull distrett kien ikollu grupp taqaddiefa li fiż-żmien kienu jgħidulhom Barklori. Il-barklori kienu dawk in-nies li jġorru l-passiggieri u jħottu l-merkanzija wkoll minn fuq il-vapuri għal fuq l-art. U kull qaddief jew grupp taBarklori kienu jappartjenu għal arja partikolari tal-Port. L-aktar Barklori antiki li kien hawn huma l-Isla, Bormla, u Marsamxett. Imbagħad maż-żmien kienu jiġġieldu u ffurmaw distretti oħra wkoll, fosthom il-Marsa, fiż-żmien ukoll kien hawn Raħal Ġdid…..

Arbitru tat-Tellieqa: Dawn huma l-Klubbs li se jieħdu sehem illum: għandek Birżebbuġa, Birgu, Bormla, Kalkara, Marsa, Marsamxett, u Senglea. Issa dawn mhux kollha jieħdu sehem fit-tiġrijiet kollha. Pereżempju fl-ewwel tiġrija Marsamxett mhux se jieħdu sehem.

U l-ġirja sal-barkunDjalogu Kompetittiv: Supporter tal-Kalkara jinki Supporter tal-Bormla 18-il sena l-Pompa, l-iżgħar wieħed! Ejja minn hemm! Fejn huma l-iljuni?!

Is-Supporter Kalkariż eċitat ħafna għax konvint li deħlin l-ewwel: Rajtha Ton hi, araha dieħla l-ewwel wara 20 sena! Ħu pjaċir Ton, araha dieħla l-ewwel wara 20 sena!

Arbitru tat-Tellieqa: Il-pjazzament provviżorju huwa li l-ewwel ġiet il-Kalkara, it-tieni l-Isla/Senglea, u t-tielet hija Bormla.